Skip to main content

Ċaħda

L-informazzjoni pprovduta lill-EU-OSHA mill-awturi tintwera bħala riċevuta, mingħajr garanzija ta’ kwalunkwe tip u għal finijiet ta’ informazzjoni biss. Dawn l-awturi jibqgħu unikament responsabbli għall-akkuratezza u l-affidabbiltà tad-data u tal-informazzjoni pprovduta. Jekk jogħġbok innota li l-informazzjoni pprovduta mill-awturi mhux neċessarjament tirrifletti l-fehmiet tal-EU-OSHA.

Filwaqt li tagħmel ħilitha sabiex iżżomm l-informazzjoni f’waqtha u preċiża, l-EU-OSHA ma tagħmel l-ebda dikjarazzjoni, assigurazzjoni, jew garanzija dwar l-akkuratezza, il-kompletezza, jew l-adegwatezza tal-informazzjoni disponibbli permezz tal-OSHwiki u, għalhekk, espressament tiċħad ir-responsabbiltà tagħha għal żbalji u ommissjonijiet sal-punt massimu permess mil-liġi.

Ħlief fejn meħtieġ mod ieħor skont ir-regoli statutorji jew id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi, l-informazzjoni aċċessata permezz tal-OSHwiki hija ta’ natura informattiva ġenerali biss. L-informazzjoni fl-ebda ċirkostanza ma għandha tinftiehem bħala li tikkostitwixxi parir professjonali jew legali.

L-EU-OSHA ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għal kwalunkwe telf jew dannu li jista’ jirriżulta mid-dipendenza fuq l-informazzjoni pprovduta permezz tal-OSHwiki, inkluża informazzjoni iperkonnessa mill-OSHwiki li hija u għandha tibqa’ taħt il-kontroll u r-responsabbiltà uniċi ta’ partijiet terzi kkonċernati.

L-EU-OSHA mhijiex f’pożizzjoni li tiċċertifika l-awtentiċità ta’ kwalunkwe dokument ippreżentat minn partijiet terzi, inkluża kwalunkwe informazzjoni li tinsab fih; lanqas ma tista’ l-EU-OSHA tiggarantixxi l-konkordanza ta’ kwalunkwe test uffiċjali ma’ kopji diġitali korrispondenti li jistgħu jsiru disponibbli fuq l-OSHwiki. Jekk l-iżbalji jew l-ommissjonijiet li jikkonċernaw l-informazzjoni pprovduta permezz ta’ din l-OSHwikijinġiebu għall-attenzjoni tagħha, l-EU-OSHA se tagħmel ħilitha minnufih sabiex tikkorreġihom direttament jew, fejn meħtieġ, tirreferi l-kwistjoni lill-awtur ikkonċernat jew lil parti terza kkonċernata.